Left arrow Go Back

KLABB 3-16 U SKOLASAJF SE JKUNU QED JINGĦAQDU F'SERVIZZ WIEĦED U JIĠI ESTIŻ MINN 8 ĠIMGĦAT GĦAL 11-IL ĠIMGĦA FUQ MEDDA IKBAR TA' LOKALITAJIET

pr141118
Date Icon 21/05/2014

Biex jittaffa l-piż fuq il-familji se jkun hemm roħs fis-servizz ta’ Klabb 3-16 u Skolasajf - il-prezz ta' dan is-servizz se jkun ta' €25, bil-prezz ta' sigħat addizzjonali jorħos min €1.20 għal 80c is-siegħa. In-numru ta' ċentri li kienu joffru sigħat addizzjonali se jiżdied minn 17 għal 30 lokalità biex l-ħinijet issa jiġu estizi bejn is-7am u l-5.30pm. Kull roħs se japplika wkoll għax-xitwa.

Minbarra l-aspett edukattiv din hija inizjattiva oħra tal-Gvern li tgħin lil ġenituri jkomplu jaħdmu u timbotta l-kunċett ta’ making work pay.


Il-Klabb 3-16 huwa programm ta’ wara l-ħin tal-iskola li joffri servizz ta’ ħarsien għal tfal tal-iskola. Is-servizz ġie mwaqqaf fl-2009 u huwa pprovdut mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). L-għan prinċipali ta’ Klabb 3-16 huwa li jkopri l-ħin battal ta’ wara l-iskola sakemm il-ġenituri jispiċċaw mix-xogħol u jipprovdi ħarsien anki waqt ġranet ta’ vaganzi.


Klabb 3-16 joffri servizz għal tfal bejn 3 snin u 16-il sena li jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti.

Dan is-sajf, is-servizz ta’ Klabb 3-16 ser ikun offrut minn dawn it-tletin ċentru li jinsabu fl-Iskejjel Primarji tal-Istat. Dawn iċ-ċentri ser ikunu miftuħa bejn is-7.00am u l-5.30pm. Ma’ dawn it-30 ċentru ser ikun hemm 34 ċentru ieħor ta’ Skolasajf.


Il-lokalitajiet li ser joffru s-servizz addizzjonali fis-sajf u fix-xitwa huma dawn elenkatati hawn taħt. Dawn iċ-ċentri ser jiftħu bejn is-7am u 5.30pm fix-xhur tas-sajf.


Attard, B’Bugia, B’Kara, Cospicua, il-Fgura, il-Furjana, il-Ħamrun GP, Ħal Luqa, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta,  M’Scala, in-Naxxar, Paola, Pembroke, Ħal Qormi San Ġorġ, ir-Rabat, San Ġwann, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, Sta Venera, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq. F’Għawdex dan is-servizz se jingħata ġewwa n-Nadur, Victoria u x-Xagħra.


Filwaqt li dawn iċ-Ċentri ta’ Skolasajf  se jiftħu bejn it-8.30am u 12.30pm: Burmarrad, Ħad-Dingli, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Gżira, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija/Balzan, il-Marsa, l-Imqabba, l-Imsida, l-Imtarfa, M’Xlokk, il-Pietà, Ħal Qormi San Bastjan, il-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Tarxien, Senglea, ix-Xgħajra, Għajnsielem, l-Għarb, Kerċem, il-Qala, Sannat, San Lawrenz, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ (Għawdex). 


Iċ-Ċentri ta’ Riżorsi  St Benedict College, Hellen Keller Secondary/Young Adult Educational Resource Centre, Qrendi; St Clare College, San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke; St Ġorġ Preca College, Guardian Angel Secondary Education Resource Centre, il-Ħamrun u Maria Regina College, Dun Manwel Attard Young Adult Education Resource Centre, il-Wardija se jiftħu nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 8.00am and 2.00pm. Iċ-ċentru ta’ Riżorsi ġewwa Sannat Għawdex se jopera kuljum bejn 8.00am u 12.30pm.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow