Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141117mt
Date Icon 21/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014

Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, t-22 ta’ Mejju, 2014, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokument għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali, Evans  Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex.  Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.   Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali.  Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identità jew id-Dokument tar-Residenza. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.

Il-Kummissjoni Elettorali qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, faċilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju. 

Mingħajr dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow