INTERVENTI MEDIĊI ĠODDA F'MATER DEI
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne għamel żjara fid-dipartiment tal-kardioloġija, fejn ltaqa’ ma’ numru ta’ tobba u infermiera li ta’ kuljum joperaw numru ta’ pazjenti bi problemi tal-qalb.
Fuq inizjattiva tad-Dipartiment tal-Kardiologija fl-Isptar Mater Dei, fil-ġimgħat li għaddew saru għall-ewwel darba numru ta’ interventi fuq l-estrazzjoni ta’ pacemakers. Għal bosta snin, dan it-tip ta’ intervent kien isir esklussivament barra minn xtutna bi skariġġ għal pazjent u l-familjari. Permezz ta’ dan l-intervent ġdid fl-isptar Mater Dei, tul l-aħħar tliet ġimgħat saru erba’ interventi fuq pazjenti. Dan kollu seta’ iseħħ permezz ta’ investiment f’numru ta’ riżorsi ġodda filwaqt li jsir użu aħjar tal-kapaċitajiet u t-talenti li hemm fir-riżors uman fi ħdan is-settur tas-saħħa Malti.
Mr Fearne faħħar l-impenn lit-tobba u l-infermiera juru lejn il-pazjenti u rringrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu. Huwa semma kif grazzi għal dan l-intervent ġdid, il-pazjent jista jinqeda lokalment b’mod aktar komdu u immedjat mingħajr ma jkollu għalfejn isiefer barra minn xtutna, bi spiża kbira fuq is-servizz tas-saħħa nazzjonali. “Is-servizzi offruti ġewwa l-isptar Mater Dei huma parti integrali mis-sistema tas-saħħa f’pajjiżna, u fejn tidħol is-saħħa tan-nies dan il-gvern mhux ħa joqgħod lura”, sostna Chris Fearne.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040