Left arrow Go Back

INTERVENTI MEDIĊI ĠODDA F'MATER DEI

pr141116
Date Icon 20/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne għamel żjara fid-dipartiment tal-kardioloġija, fejn ltaqa’ ma’  numru ta’ tobba u infermiera li ta’ kuljum joperaw numru ta’ pazjenti bi problemi tal-qalb.

Fuq inizjattiva tad-Dipartiment tal-Kardiologija fl-Isptar Mater Dei, fil-ġimgħat li għaddew saru għall-ewwel darba numru ta’ interventi fuq l-estrazzjoni ta’ pacemakers. Għal bosta snin, dan it-tip ta’ intervent kien isir esklussivament barra minn xtutna bi skariġġ għal pazjent u l-familjari. Permezz ta’ dan l-intervent ġdid fl-isptar Mater Dei, tul l-aħħar tliet ġimgħat saru erba’ interventi fuq pazjenti. Dan kollu seta’ iseħħ permezz ta’ investiment f’numru ta’ riżorsi ġodda filwaqt li jsir użu aħjar tal-kapaċitajiet u t-talenti li hemm fir-riżors uman fi ħdan is-settur tas-saħħa Malti.

Mr Fearne faħħar l-impenn lit-tobba u l-infermiera juru lejn il-pazjenti u rringrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu.  Huwa semma kif grazzi għal dan l-intervent ġdid,  il-pazjent jista jinqeda lokalment b’mod aktar komdu u immedjat mingħajr ma jkollu għalfejn isiefer barra minn xtutna, bi spiża kbira fuq is-servizz tas-saħħa nazzjonali.  “Is-servizzi offruti ġewwa l-isptar Mater Dei huma parti integrali mis-sistema tas-saħħa f’pajjiżna, u fejn tidħol is-saħħa tan-nies dan il-gvern mhux ħa joqgħod lura”, sostna Chris Fearne.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow