Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI STEFAN BUONTEMPO, INAWGURA SALA ĠDIDA FIL-KUNSILL LOKALI GŻIRA

pr141112
Date Icon 20/05/2014

Il-Kunsill Lokali tal-Gzira inawgura sala ġdida li ġiet mogħtija lill-Kunsill Lokali b’donazzjoni mill-kumpanija privata - Savoy Gardens Ltd.

Din is-sala ser tintuża bħala ċentru ta’ attivitajiet tal-arti, edukattivi u kulturali.

Din is-sala ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo flimkien mas-Sindku tal-Lokalità Roberto Cristiano.

Dr Stefan Buontempo qal li hija ta’ eżempju kif din il-kumpanija privata tat b'donazzjoni din is-sala lil kommunità tal-Gżira biex jittellgħu diversi attivitajiet fiha.

Din is-sala ġiet mogħtija lill-Kunsill Lokali tal-Gżira wara li nbniet binja ġdida residenzjali u kummerċjali fil-qalba tal-Gżira.

Dr Stefan Buontempo qal li l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex jirrispondu għall-bżonnijiet individwali ta' kull komunità.  Hu faħħar il-ħidma li qed titwettaq mill-Kunsill Lokali tal-Gżira fejn qegħdin jittieħdu diversi inizjattivi biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-lokalità.

Dr Buontempo qal li din is-sala hija ħolqa minn waħda minn ħafna rigali li l-Kunsill qed jagħti lir-residenti tiegħu fosthom dik li fil-gimgħat li ġejjin ser jagħti għall-kommunità anzjana, ftuħ ta’ Day Centre għall-anzjani tal-Gżira.

Ritratt mehmuż u video u l-kumplament tar-ritratti jinsabu f’dan il-link.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow