Left arrow Mur Lura

MALTA U L-ITALJA F’LAQGĦA BILATERALI DWAR IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

pr141108
Date Icon 20/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg dalgħodu kellu laqgħa f’Ruma ma’ Sandro Gozi Sotto Segretarju tal-istat Taljan fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dr Borg u s-Sur Gozi ddiskutew il-preparattivi għall-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li ser tibda f’Lulju li ġej, kif ukoll il-preparattivi għall-Presidenza ta’ Malta fil-bidu tal-2017. 

Is-Sur Gozi spjega li l-prioritajiet tal-Italja matul il-presidenza tagħha jinkludu ènfasi fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-azzjoni li trid tittieħed fil-livell ewropew biex tissaħħaħ l-azzjoni komuni fuq aspetti li għadhom x’jaqsmu ma’ politika komuni tal-Azil, mal-ġlieda  kontra t-traffikar illegali, u mal-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq. 

Dr Borg tkellem fuq il-ħidma ta’ Malta fuq dan is-suġġett u l-impenn tagħna li nkomplu nikkoperaw mal-Presidenza Griega u dik Taljana biex tissaħħaħ l-azzjoni komuni ewropea fuq l-immigrazzjoni. 

Dr Borg u s-Sur Gozi disskutew il-mod kif Malta u l-Italja jkomplu jaħdmu flimkien fuq aspetti oħra tal-koperazzjoni fil-Mediterran  inklużi l-koperazzjoni  fuq l-enerġija. 

Ġew diskussi wkoll aspetti oħra tal-ħajja ewropea speċjalment  il-prioritajiet ġodda li  ser jiġu mfassla wara li jiġu eletti Parlament  Ewropew u Kummissjoni Ewropea ġodda aktar tard din is-sena. 

Dr Borg u s-Sur Gozi qablu li matul il-Presidenza Taljana uffiċjali Maltin jiġu sekondati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan biex isegwi aktar fil-qrib  ix-xogħol ta’ din il-Presidenza speċjalment fuq dawk l-aspetti li għadhom x’jaqsmu mal-koperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

Aktar Stqarrijiet Right arrow