Il-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI, MICHAEL FARRUGIA, JILTAQA’ MAL-AMBAXXATRIĊI AMERIKANA GINA ABERCROMBIE WINSTANLEY WAQT ŻJARA TA’ KORTEŻIJA
Waqt żjara ta’ korteżija li kellha l-Ambaxxatrici Amerikana, Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellem dwar is-sistema tas-Sigurtà Soċjali u s-settur tal-Welfare. Huwa qasam l-ideat tiegħu mal-Ambaxxatriċi rigward il-programmi u l-aftercare ta’ dawk milquta mill-vizzju tad-droga, kif ukoll dwar is-sistema ta’ drug courts kif imħaddma fl-Istati Uniti.
Huma tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran b’mod partikolari l-instabbilità fil-Libya u l-paċi fil-Mediterran u l-preokupazzjoni dwar l-immigrazzjoni irregolari.
Il-Ministru Michael Farrugia tkellem ukoll dwar l-isforz tiegħu sabiex tfal ta’ immigranti irregolari mhux akkumpanjati jinstabilhom lok fejn ikunu jistgħu jgħixu f’ambjent adattat u mhux mal-adulti. Dan filwaqt li jingħataw il-kura u l-edukazzjoni meħtieġa sabiex jintegraw fis-soċjetà Maltija.
Sabiex jintlaħaq dan il-għan il-Ministru Farrugia diġà għandu kuntatti ma’ skola lokali li lesta tgħallem b’xejn il-lingwa Ingliża lil dawn it-tfal.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...
PR262040