Left arrow Go Back

JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-PROGRAMMI OPERATTIVI GĦALL-FONDI EWROPEJ 2014-2020

pr141104
Date Icon 20/05/2014

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarjiet Ewropej Louis Grech flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej nedew il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-programmi operattivi f’laqgħa ma l-imsieħba soċjali  f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Id-Deputat Prim Ministru waqt l-indirizz tiegħu spjega kif is-€717 miljun tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali 2014-2020 ser ikunu allokati fuq ħdax il-prijorità. Dawn huma l-allokazzjonijiet għal kull prijorità identifikata, fosthom:

• Investiment favur aktar Riċerka u Innovazzjoni - €72miljun

• Investiment b’risq is-settur tal-ICT  - €38 miljun

• Investiment fl-intrapriżi żgħar u medji - €53 miljun

• Investiment f’ġenerazzjoni ta’ enerġija aktar nadifa - €57 miljun

• Investiment favur l-ambjent - €200 miljun

Louis Grech spjega wkoll fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020, li l-ammont tiegħu ilaħħaq il-€132 miljun, il-Gvern identifika 4 prijoritajiet li huma:

• Investiment favur l-impjegabbiltà tar-riżors uman

• Investiment favur soċjetà aktar inklużiva

• Investiment favur aktar edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

• Investiment sabiex tiżdied il-kapaċità amministrattiva fis-settur pubbliku

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg min-naħa tiegħu qal li l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar dawn il-programmi operattivi seħħet mal-Oppożizzjoni fis-6 ta’ Mejju. Dan sar sabiex jiġi maqbul il-qafas tal-programmi operattivi. Wara l-laqgħa mal-imsieħba soċjali, sejrin isiru wkoll żewġ laqgħat pubbliċi waħda f’Malta u oħra f’Għawdex. Dr. Borg tenna li l-għan tal-konsultazzjoni pubblika huwa li fil-preparazzjoni finali tal-programmi operattivi jkun involut kullħadd sabiex dawn ikunu implimentati b’mod mill-aktar effettiv.

Dr. Borg tenna li l-għan tal-gvern huwa li sal-aħħar ta’ din is-sena joħroġ skemi ġodda għal benefiċċju tal-industrija u taċ-ċittadin. Huwa qal li dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li ġara għall-perjodu 2007-2013 fejn minkejja li l-operational programmes kienu approvati fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2007, il-gvern kien nieda l-ewwel skemi għall-industrija mhux qabel l-bidu tal-2009, aktar minn sena wara li l-programm kien filfatt approvat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow