Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141103mt
Date Icon 20/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014

Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

Kif diġà tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha l-Belt Valletta u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, fir-Rabat, Għawdex.

Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex:

  1. dawk il-votanti li ma jifilħux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin Evans Building, din il-persuna tkun tista’ tidħol bl-ID Card tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot.
  1. l-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
  1. Fejn hemm każi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 25583127/8/9 biex jagħti d-dettalji meħtieġa.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jigbor id-dokument għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokumenti personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identità jew id-Dokument tar-Residenza.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow