STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru, kif diġà qal kemm il-darba, ikkommetta ruħu li jkun hemm skrutinju tal-kuntratt tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
Ir-ruling tal-iSpeaker jikkonferma li mhux membru individwali tal-Kamra, imma l-Public Accounts Committee jista’ jitlob il-pubblikazzjoni tal-kuntratt.
Meta jasal il-waqt għad-diskussjoni u ssir it-talba mill-PAC, il-Gvern ikun qed jippubblika l-informazzjoni bir-riservi kollha kummerċjali.
Il-Gvern jinnota kif l-Oppożizzjoni tibqa’ tipprova tostakola l-proċess b’kull mod possibbli minkejja l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Ta’ min jiġi nnutat ukoll kif fi ħdan l-Oppożizzjoni hemm membru Parlamentari li wkoll qed jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għandu interess dirett.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039