Left arrow Go Back

FONDI EWROPEJ BIEX IL-PIXXINA NAZZJONALI TKUN AKTAR SOSTENIBBLI

pr141101
Date Icon 19/05/2014

Huwa importanti li tinvesti fl-infrastruttura u fil-faċilitajiet pero huwa għaqli li jkollok pjan ta’ kif dawn ser joperaw mingħajr piż finanzjarju fuq is-soċjeta.   Bil-proġett varat illum se nkunu qed inwettqu wegħda elettorali oħra li nkunu qed nirriġeneraw il-kumpless tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq li sfortunatament tħalliet fi stat dilapitat.  B’dan il-proġett se nkunu qed niffrankaw ammont ta’ flus li jista’ jerġa jkun investit fil-manutenzjoni tal-pixxina.   Dan qalu llum is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbar wkoll li l-KMS wasal fl-aħħar fażi tan-negozjati mal-ASA dwar l-użu tal-pixxina minn timijiet tal-waterpolo u atleti affiljati mal-ASA.  Dan wara li fil-passat għal 13-il sena, ma kienx hemm ftehim bil-miktub dwar l-użu tal-pixxina.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg min-naħa tiegħu tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn għaqdiet sportivi. Huwa qal li l-aċċess għal dawn l-għaqdiet huwa diffiċli għaliex l-isport mhuwiex ikkunsidrat bħala prijorità mill-Unjoni Ewropea fejn jidħol finanzjament Ewropew.

Għaldaqstant fl-indirizz tiegħu Dr Borg ħeġġeġ lill-amministraturi tal-għaqdiet sportivi biex meta jippreżentaw xi applikazzjoni għal xi fond ewropej fis-seba’ snin li ġejjin  jabbinawha  ma’  waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea bħalma għamel il-Kunsill Malti għall-isport f’dan il-proġett fejn qed jinvesti f’ġenerazzjoni ta’ enerġija alternattiva.

Fil-fatt Dr Borg tenna li bejn l-2014 u l-2020 l-ammont ta’ fondi li ħa jkunu allokati għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa jammonta għal madwar €60 miljun.

Ic-chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport Dr. Luciano Busuttil, tenna li permezz ta’ dan il-proġett il-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qiegħed jiffranka madwar 200,000 ewro fis-sena fi fuel.  Din tibqa’ l-akbar spiża fl-operat tal-Pixxina Nazzjonali.  Huwa kompla jgħid li se jitnaqqas madwar 268,000 kilogramm ta’ CO2.  Huwa temm jgħid li dawn il-miżuri mhux biss huma sors t’enerġija alternattiva imma l-Kunsill Malti għall-Isport fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jagħmel ‘aktar b’inqas spejjeż’.

Il-facility manager Dermot Galea elenka l-erbgħa fażijiet tal-proġett:

1.      L-installazzjoni ta’ żewġ heat pumps għall-pool prinċipali u għad-diving pool li ser jiġu użati minflok is-sistema ta’ boiler preżenti;

2.      L-installazzjoni ta’ Variable Refrigerant Flow airconditioning system għall-West Stand fejn jinsabu l-uffiċini.

3.      L-installazzjoni ta’ solar collectors li ser jiġu użati biex jissaħħan l-ilma tax-showers fil-kumpless.

4.      U fl-aħħar l-installazzjoni ta’ pool covers għall-main pool u għad-diving pool.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow