Left arrow Go Back

KNPD HELP DESK F’GĦAWDEX

pr141095
Date Icon 19/05/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum iffinalizzat taħdidiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar il-post biex jinfetaħ Help Desk għall-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità f’Għawdex.

Dan il-Help Desk ser iservi biex Persuni b’Diżabilità u l-familji tagħhom jinqdew f’Għawdex stess. Is-servizz ser jinkludi wkoll  informazzjoni rigward id-Drittijiet u servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom anke minn entitajiet oħra fosthom l-Agenzija Sapport. Apparti minn hekk, dan il-Help Desk ser ikun qiegħed jilqa’ lmenti u rapporti ta’ Diskriminazzjonijiet u Abbużi fis-settur.

Dan huw proġett ieħor tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva biex jgħin lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità tkun iżjed aċċessibli u jkun ta' servizz għall-persuni b'diżabiltà f'Ghawdex stess. Dan is-servizz mistenni jibda jopera fil-ġimghat li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow