Left arrow Go Back

PAJJIŻNA GĦANDU JIBQA’ KOMMESS LI JAĦDEM GĦAL ĠID TAL-UNACCOMPANIED CHILDREN

pr141094
Date Icon 19/05/2014

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-unaccompanied children huma l-aktar vulnerabbli u ġeneralment l-bżonnijiet tagħhom jintilfu waqt id-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni.

F’diskors waqt konferenza organizzata mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u dak tal-Istudji għaż-Żgħażagħ fi ħdan l-Università ta’ Malta flimkien mal-Assoċjazzjoni ta’ Universitajiet li jispeċjalizzaw fil-qasam umanitarju (NOHA), il-President sostniet li dawn it-tfal għandhom jitħallew jgħixu t-tfulija tagħhom filwaqt li għandhom jiġu mgħejjuna jiżviluppaw il-ħolm tagħhom biex isir realtà.

Il-President Coleiro Preca qalet li l-Ewropa għandha tibni qafas sigur li jagħti ċ-ċans lill-unaccompanied children jwasslu l-vuċi tagħhom u jressqu x-xewqat tagħhom.

Sostniet li l-Ewropa u l-Afrika jistgħu jesploraw il-possibilità biex jaħdmu flimkien fl-aħjar interess tal-unaccompanied children.

Spjegat li pajjiżna m’għandux jieqaf biss jassigura li jsalva dawn it-tfal iżda għandu jagħtihom opportunità biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Il-President qalet li jekk irridu noffru ħidma ġenwina f’dan il-qasam irridu npoġġu t-tfal fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Hija rreferiet għal numru ta’ laqgħat li ftit tal-ġimgħat ilu saru fil-Palazz ta’ San Anton mal-Kummissjoni Għolja tar-Refuġjati fi ħdan il-Ġnus Magħquda (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM), fejn il-kawża tal-unaccompanied children ingħatat l-ogħla profil.

Il-President Coleiro Preca temmet tappella għal djalogu inter-kulturali biex jinħoloq spazju ħalli dawn it-tfal jintegraw fis-soċjetà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow