ĊENTRU TA’ TAGĦLIM GĦALL-PROĠETT IKIDS
“F’dinja diġitali u b’impenn li nagħmlu t-teknoloġija aktar aċċessibli huwa importanti li l-Gvern jidħol mal-privat u jiftaħ il-bibien sabiex nedukaw aktar lill-ġenerazzjoni futura tagħna”.
Dan qalu José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kompettitivita u t-Tkabbir Ekonomiku fejn faħħar l-inizjattiva IKIDS. Huwa ta’ pjaċir li dan il-proġett qed ikun offrut lill- tfal Maltin u Għawdxin f’42 ċentru li l-biċċa l-kbira minnhom huma Kunsilli Lokali. L-impenn tal-Gvern huwa li jkompli jisħaq fuq l-importanza tal-informatika u li nnaqqsu l-firda diġitali fis-soċjeta’ tagħna. Iriddu nkunu Gvern aktar modern billi nixprunaw ideat innovattivi, moderni u diġitali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo saħaq fuq l-importanza li l-kunsilli jipparteċipaw aktar f’ attivitajiet soċjo-edukattivi biex irrawmu aktar soċjeta moderna. Il-kunsilli għandhom l-irwol li jkunu aktar parteċipi u jservu ta’ hub għal taghlim matul il-hajja ghac-cittadini kollha, mhux biss tfal, imma wkoll adulti u anzjani. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, qal li huwa ta’ pjaċir għalih li jappoġġja inizzjattivi bħal IKIDS għax jemmen li t-triq il-quddiem għaż-żagħżagħ tagħna hija l-edukazzjoni u t-teknoloġija.
IKIDS huwa tagħlim permezz tal-informatika mifrux fuq suġġetti akkademiċi. Waqt dan il-kors ta’ sitt gimgħat isir użu minn siti eletroniċi u programmi biex l-istudenti jitgħallmu waqt li jkunu qed jilgħabu. Dan il-kors jinkludi proġetti li t-tfal iridu jagħmlu fuq temi differenti fosthom il-lokal tagħhom u l-ambjent ta’ madwarna. Dan il-kors huwa mmirat għal tfal bejn l- 4 u l-10 snin. Huwa anticipat li l-fuq minn 4000 tifel u tifla din is-sena jattendu għal dan il-kors li jibda fl-Lulju.
Is-Sur Ray Abela, direttur manigerjali tal-kumpanija TCTC tkellem fuq kif IKIDS hija parti minn kullana ta’ proġetti li qed jiġu organizzati sabiex nippromovu socjeta aktar diġitali u inklussiva fl-IT. Huwa saħaq li dan huwa pass il-quddiem u li Malta qed taħdem sabiex l-vizjoni ta’ e-society u li jkonna pajjiżna WIFI state.
L-applikazzjonijiet għal dan il-kors jibdew jintlaqgħu mill-kunsilli rispettivi mis-26 ta’ Mejju u jagħlqu f’Gunju. Applikazzjoni għall dan il-proġett jinsabu fuq www.ikids.com.mt u għal aktar tagħrif il-pubbliku huwa mitlub li jċempel fuq 21421784/5 jew ikids@tctcmalta.com.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039