Left arrow Go Back

ĊENTRU TA’ TAGĦLIM GĦALL-PROĠETT IKIDS

pr141090
Date Icon 19/05/2014

“F’dinja diġitali u b’impenn li nagħmlu t-teknoloġija aktar aċċessibli huwa importanti li l-Gvern jidħol mal-privat u jiftaħ il-bibien sabiex nedukaw aktar lill-ġenerazzjoni futura tagħna”.

Dan qalu José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kompettitivita u t-Tkabbir Ekonomiku fejn faħħar l-inizjattiva IKIDS. Huwa ta’ pjaċir li dan il-proġett qed ikun offrut  lill- tfal Maltin u Għawdxin f’42 ċentru li l-biċċa l-kbira minnhom huma Kunsilli Lokali. L-impenn tal-Gvern huwa li jkompli jisħaq fuq l-importanza tal-informatika u li nnaqqsu l-firda diġitali fis-soċjeta’ tagħna. Iriddu nkunu Gvern aktar modern billi nixprunaw ideat innovattivi, moderni u diġitali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo saħaq fuq l-importanza li l-kunsilli jipparteċipaw aktar f’ attivitajiet soċjo-edukattivi biex irrawmu aktar soċjeta moderna. Il-kunsilli għandhom l-irwol li jkunu aktar parteċipi u jservu ta’ hub għal taghlim matul il-hajja ghac-cittadini kollha, mhux biss tfal, imma wkoll adulti u anzjani. Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, qal li huwa ta’ pjaċir għalih li jappoġġja inizzjattivi bħal IKIDS għax jemmen li t-triq il-quddiem għaż-żagħżagħ tagħna hija l-edukazzjoni u t-teknoloġija.

IKIDS huwa tagħlim permezz tal-informatika mifrux fuq suġġetti akkademiċi. Waqt dan il-kors ta’ sitt gimgħat isir użu minn siti eletroniċi u programmi biex l-istudenti jitgħallmu waqt li jkunu qed jilgħabu. Dan il-kors jinkludi proġetti li t-tfal iridu jagħmlu fuq temi differenti fosthom il-lokal tagħhom u l-ambjent ta’ madwarna.  Dan il-kors huwa mmirat għal tfal bejn l- 4 u l-10 snin. Huwa anticipat li l-fuq minn 4000 tifel u tifla din is-sena jattendu għal dan il-kors li jibda fl-Lulju.

Is-Sur Ray Abela, direttur manigerjali tal-kumpanija TCTC tkellem fuq kif IKIDS hija parti minn kullana ta’ proġetti li qed jiġu organizzati sabiex nippromovu socjeta aktar diġitali u inklussiva fl-IT. Huwa saħaq li dan huwa pass il-quddiem u li Malta qed taħdem sabiex l-vizjoni ta’ e-society u li jkonna pajjiżna WIFI state.

L-applikazzjonijiet għal dan il-kors jibdew jintlaqgħu mill-kunsilli rispettivi mis-26 ta’ Mejju u jagħlqu f’Gunju. Applikazzjoni għall dan il-proġett jinsabu fuq www.ikids.com.mt u għal aktar tagħrif il-pubbliku huwa mitlub li jċempel fuq 21421784/5 jew ikids@tctcmalta.com.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow