Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141089mt
Date Icon 19/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Votazzjoni tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u Polling Place Officers

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li huma jistgħu jivvotaw BISS billi jmorru personalment fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, bejn is-7.00 am u l-10.00 pm tal-Ġimgħa, 23 ta’ Mejju, 2014, billi jieħdu magħhom id-dokument tal-vot. 

Min għandu l-elezzjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Komunita’ għandu jieħu l-karta tal-identita’ jew id-dokument tar-residenza.

Kull persuna magħzula u li isimha deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ April, 2014, tista’ tivvota biss fit-23 ta’ Mejju anke jekk tirrifjuta jew tirreżenja mill-ħatra.

Għal dan il-jum ser ikun provdut servizz ta’ coach minn quddiem il-Phoenicia Hotel, Floriana, lejn in-Naxxar u lura.  Ikun hemm coach li titlaq kull siegħa mis-7 ta’ filgħodu sad-9.00 ta’ bil-lejl u lura minn Naxxar għall-Belt Valletta wkoll kull siegħa mit-8.00 ta’ filgħodu sal-10 ta’ bil-lejl.

Għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li jgħixu f’Għawdex, ser ikun provdut ukoll servizz ta’ coach li titlaq miċ-Ċirkewwa fl-10.05 am, fit-3.20 pm, fil-5.35 pm u fis-7.35 pm diretti lejn in-Naxxar u lura.

Dawn is-servizzi tat-23 ta’ Mejju huma mingħajr ħlas, iżda kull persuna inkarigata għandha turi t-Tag ta’ Identifikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

More Press Releases Right arrow