Left arrow Mur Lura

​L-ORTIKULTURA MALTIJA GĦANDHA TIBQA’ TIĠI INDUKRATA BĦALA WIRT LOKALI

pr141084
Date Icon 17/05/2014

Id-diskors tal-Ministru Leo Brincat waqt il-wirja mill-Għaqda Maltija tal-Ortikoltura fil-ġonna ta’ San Anton

Inħossni onorat li ninsab hawn preżenti bħala mistieden għal din il-wirja annwali organizzata mill-Għaqda Maltija tal-Ortikultura.

Ir-responsabilità li għandi jien fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima għandu fi ħdanu ukoll l-agrikultura, parks nazzjonali u afforestazzjoni, u huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li nara x-xogħol volontarju magħmul b’tant reqqa, ħila u dedikazzjoni minn din l-għaqda bir-riżultat ikun li qed jingħata ġieħ mistħoqq lill-ortikultura lokali.

Dan hu avveniment annwali li tabilħaqq jistħoqlu apprezzament kbir, dan għaliex dak esebit hu frott il-ħidma sfiqa u dedikazzoni tal-membri innfushom tal-Għaqda tal-Ortikultura li jingħaqdu flimkien sabiex jagħtu bixra ta’ xogħlijiet mill-aktar sbieħ bl-użu ta’ elementi, ta’ ħxejjex, frott u arranġamenti ta’ fjuri kollha mkabbra lokalment.

Il-Gvern tal-ġurnata jifhem, japprezza u jħoss  l-importanza li għandu l-ambjent fil-ħajja tagħna lkoll u li eventwalment iwassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha.  Bħala Gvern nemmnu li Malta għandha tkun minn ta’ quddiemnett fejn jidħlu standards ambjentali, speċjalment f’dawk l-oqsma bħal tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja, enerġija alternattiva u immaniġġar tal-iskart fost oħrajn.  Barra minn hekk, jum biss ‘il bogħod għadna kif ħabbarna inizjattiva tal-Gvern fejn allokajna mitejn elf ewro lil erba’ lokalitajiet partikolari bħala proġett pilota biex dawn iż-żoni jitħaddru. Dan qed isir għax nemmnu bis-sħiħ li l-ambjent f’pajjiżna għandu jkun fuqnett tal-aġenda. Dan jista’ jsir permezz ta’ inizjattivi kollaborattivi biex flimkien ngħixu f’ambjent xieraq u denju.

Għaldaqstant l-impenn tal-Gvern preżenti huwa li nimplimentaw strateġija ċara ibbażata fuq l-aħjar prattiċi Ewropej li jpoġġu l-ambjent fuq quddiemnett u għalhekk nagħtu prijorità sabiex jinħolqu proġetti ambjentali diversi favur il-komunità lokali.

Fost dawn irridu nkomplu ninċentivaw aktar it-tħawwil ta’ aktar siġar, partikolarment dawk indiġeni, kif ukoll ninvestu fil-ħarsien tal-imsaġar eżistenti u l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda.

Nemmen li nistgħu niżviluppaw aktar it-tkabbir ta’ ħaxix u frott frisk, mimli nutrienti u ġenwin għall-konsumatur Malti u għat-turisti li jiġu jżuruna billi naġġornaw rwieħna għal sistemi moderni u tabilħaqq nadottawhom. Barra minn hekk trid tingħata ukoll attenzjoni fir-rigward tat-tkabbir ta’ fjuri għal skop ta’ tisbiħ tal-ambjent. 

Dan kollu jista’ jkun possibli bil-kollaborazzjoni u ħidma sħiħa bejn il-Gvern, NGOs u għaqdiet oħra bħal Għaqda Maltija għall-Ortikultura. Wirja bħal din, minbarra li toffri lil kull min jiġi jżurha opportunità unika sabiex wieħed japprezza x-xogħol tant dedikat u l-kapaċitajiet tal-esebituri, isservi ukoll sabiex insaħħu t-tradizzjonijiet uniċi Maltin kif ukoll l-artiġġjanat tradizjonali Malti.

Nixtieq li nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-membri kollha tal-ħidma volontarja tagħhom filwaqt li nawguralkom kull suċċess u nkompli nwiegħdkom l-appoġġ tagħna fil-ġejjieni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

Aktar Stqarrijiet Right arrow