L-OPPOŻIZZJONI TKOMPLI FIT-TRIQ TAN-NEGATTIVITÀ
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet it-triq tan-negattività, din id-darba dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li ġie maqbul mal-Kummissjoni Ewropea u mal-partijiet soċjali.
Dr. Bonnici jirreferi għad-degriet tal-Qorti tas-6 ta’ Frar 2014 fil-kawża li qegħda tagħmel il-kumpanija, klijenta ta’ żewġ kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew, li riedet tirbaħ it-tender hi, kontra l-Gvern ta’ Malta. F’dak id-degriet, il-Qorti ordnat illi dokumenti tal-kuntratt li ġew esibiti f’dik is-seduta għandhom ikunu “disponibbli biss lill-Qorti u l-partijiet”.
Fost id-dokumenti hemm ‘Confidentiality Agreement’ illi jorbot saħansitra lil kull min jagħmel offerta fil-proċess tat-tender għall-għoti tal-kuntratt biex imexxi l-programm. L-Oppożizzjoni taf li dan il-‘Confidentiality Agreement’ huwa parti essenzjali tal-konċessjoni.
Il-programm li qed imexxi l-Gvern Malti għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin huwa wieħed li jopera f’ambjent internazzjonali kompetittiv ħafna u kull pajjiż kompetitur għandu interess illi jakkwista l-informazzjoni kollha possibbli.
Il-Gvern jawgura li l-Oppożizzjoni tieqaf tagħti tagħha lil ħaddieħor u twarrab il-politika ta’ negattivita’ u tingħaqad mal-Gvern biex dan il-programm ikun suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039