Left arrow Go Back

L-OPPOŻIZZJONI TKOMPLI FIT-TRIQ TAN-NEGATTIVITÀ

pr141083
Date Icon 17/05/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet it-triq tan-negattività, din id-darba dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li ġie maqbul mal-Kummissjoni Ewropea u mal-partijiet soċjali.

Dr. Bonnici jirreferi għad-degriet tal-Qorti tas-6 ta’ Frar 2014 fil-kawża li qegħda tagħmel il-kumpanija, klijenta ta’ żewġ kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew, li riedet tirbaħ it-tender hi, kontra l-Gvern ta’ Malta. F’dak id-degriet, il-Qorti ordnat illi dokumenti tal-kuntratt li ġew esibiti f’dik is-seduta għandhom ikunu “disponibbli biss lill-Qorti u l-partijiet”.

Fost id-dokumenti hemm ‘Confidentiality Agreement’ illi jorbot saħansitra lil kull min jagħmel offerta fil-proċess tat-tender għall-għoti tal-kuntratt biex imexxi l-programm. L-Oppożizzjoni taf li dan il-‘Confidentiality Agreement’  huwa parti essenzjali tal-konċessjoni.   

Il-programm li qed imexxi l-Gvern Malti għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin huwa wieħed li jopera f’ambjent internazzjonali kompetittiv ħafna u kull pajjiż kompetitur għandu interess illi jakkwista l-informazzjoni kollha possibbli.

Il-Gvern jawgura li l-Oppożizzjoni tieqaf tagħti tagħha lil ħaddieħor u twarrab il-politika ta’ negattivita’ u tingħaqad mal-Gvern biex dan il-programm ikun suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow