AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh mill-Uffiċċju Elettorali fil-ħinijiet u ġranet indikati hawn taħt.
Id-dokumenti għall-votazzjoni jridu jinġabru PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 19, it-Tlieta 20 u l-Erbgħa 21 ta’ Mejju, 2014: mit-8.00 am sas-2.00 pm u
mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014 (l-aħħar jum): mit-8.00 am sas-2.00 pm u
mit-3.00 pm sa nofsillejl
- Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità jew id-dokument tar-residenza.
- L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.
- Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039