IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W.VELLA JILTAQA’ MAL-FEDERAZZJONI EWROPEA TAL-KONSLI ONORARJI
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr.George W. Vella, ltaqa’ mal-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji li tiġbor fiha 14–il pajjiż fosthom Malta. Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Vella tkellem dwar il-vantaġġi tar-rwol tal-Konsli Onorarji, speċjalment għal pajjiż żgħir bħal Malta li ma jistax ikollha ambaxxati madwar id-dinja kollha. Il-Konsli Onorarji jpattu xi ftit għan-nuqqas tal-Ambaxxati bil-preżenza u l-ħidma tagħhom.
Dr. Vella qal li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jagħti importanza lill-Konsli Onorarji tiegħu mxerrda madwar id-dinja. Fil-preżent Malta għandha madwar mitejn Konslu Onorarju.
Waqt il-laqgħa mal-Ministru Vella, il-President tal-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji Dr. Wolfgang Breitenthaler spjega kif kif il-ħidma tal-Konsli Onorarji hija importanti ħafna speċjalment fejn jidħlu skambji ta’ kultura, negozju, kummerċ u investiment.
Il-Federazzjoni Ewropea tal-Konsli Onorarji twaqqfet għaxar snin ilu u l-assoċjazzjoni Maltija tal-Konsli Onorarji ssieħbet is-sena li għaddiet. Jirrapreżenta lill-Konsli Onorarji ta’ Malta f’din il-laqgħa kien hemm id-Dekan tal-Korp Konsolari is-Sur Godwin Bencini.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039