Left arrow Mur Lura

TITWETTAQ MIŻURA OĦRA TAL-BUDGET 2014 DWAR L-AMBJENT: PROĠETT PILOTA GĦAT-TĦADDIR TAL-KOMUNITAJIET F'ERBAT IBLIET EWLENIN MALTIN

pr141074
Date Icon 16/05/2014

Il-Ministru Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo

Il-Ministru Leo Brincat saħaq li permezz ta dan il-proġett pilota qiegħed jitwettaq dak li l-Gvern wiegħed fil-Budget 2014.

Proġett pilota maħsub biex iħaddar il-komunitajiet f'erba’ lokalitajiet ewlenin;  il-Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat, Għawdex.

Il-miri ta’ dan il-Gvern, huma li jekk dan il-proġett pilota jirnexxi fis-snin li ġejjin ikompli jinfirex fil-lokalitajiet kollha ta' gżiritna.

Il-Ministru saħaq li l-Gvern  minflok ma fassal u ddeċieda kollox waħdu, anki f'dawn l-inizjattivi offra l-ispazju u l-inizjattiva lil ħaddieħor. Huwa fisser kif dan il-proġett ġie varat bl-involviment tal-Kunsilli Lokali rispettivi.

Fisser kif il-Kunsilli magħżula għażlu s-siti u ‘l mod kif jintnefqu l-flus bil-kontroll u taħt skrutinju tal-Gvern għaliex dawn wara kollox huma fondi tal-Gvern Ċentrali u li jagħmlu parti mill-fondi tal-Ministeru stess.

Intgħażlu dawn l-erba’ lokalitajiet partikolari għaliex huma żoni urbani milqutin l-aktar mill-problemi tat-traffiku u tat-tniġġiż.  Dan sabiex jonqsu kemm jistgħu uħud mill-problemi.

Il-Ministru Leo Brincat qal li r-responsabbilta' għall-kisba tal-permessi meħtieġa bħal MEPA fost oħrajn, ser tkun f'idejn il-Kunsilli nfushom.  Iżda apparti minn dan kollu ser jkollhom id-dmir li jinvolvu mill-aħjar li jistgħu lill-istakeholders kollha, lir-residenti u anki lin-negozji tal-madwar. 

Min-naħa l-oħra biex tkun żgurata trasparenza sħiħa l-proċess tat-tendering ser isir mill-Gvern innifsu skont l-proċeduri stabiliti. 

Il-Ministru Brincat wera x-xewqa li jara s-sehem ukoll tal-iskejjel u studenti fl-ibliet ikkonċernati kif ukoll ir-residenti nfushom jiġu inkoraġġuti biex iżejnu l-gallariji tagħhom. Il-Kunsilli ser jiġu nkoraġġuti li jallokaw parti mis-somma li ser jgħaddilhom l-Gvern sabiex jintlaħaq dan il-għan ħalli kullħadd ikun qed jagħti sehem dirett f'dan il-proċess tat-tħaddir tal-kommunita' rispettiva tagħhom.

Fejn huwa possibbli anki l-eNGOs għandhom jiġu nvoluti b'xi mod jew ieħor. 

Il-Ministru Leo Brincat  kompla billi qal li f'ħafna każi l-kunsilli għażlu li jużaw pots bis-siġar fi triqat ewlenin kif maħsub li jsir f'Hompesch Road u Zabbar Road, il-Fgura. Min-naħa l-oħra l-Kunsill Lokali Msida iddeċidew li jsaħħu is-soft areas li hemm diġa fil-lokalita' bħat-tisbiħ madwar is-skatepark. F' post bħal dan mifni mill-partiċelli zgħar perikolużi ħafna għas-saħħa u li huma maħluqa mit-traffiku importanti li r-residenti jibbenefikaw mit-tħawwil simili.

F’San Pawl il-Baħar, il-Kunsill Lokali għażel li juża numru varjat ta' pjanti indiġeni sabiex jitħawwlu madwar l-lokalita'. Din hija xi ħaġa ta’ min wieħed jfaħħara għax b'hekk nistgħu nuru li l-pjanti indiġeni Maltin jistgħu ukoll jintużaw għal-skopijiet ta' landscaping. 

Fil-Lokalita’ tar-Rabat Għawdex, il-Kunsill Lokali iddeċieda li juża ukoll pjanti indiġeni għat-tħaddir ta’ żoni urbani. Dan juri kemm speċi indiġeni jistgħu jintużaw biex jitħaddru l-ispazji ta’ madwarna.  Il-Kunsill Lokali ser jaħseb għall-manteniment ta’ dawn il-pjanti biex b’hekk  is-siġar jinżammu f’kundizzjoni tajba għall-benefiċċju tal-komunita’.

Il-Ministru Brincat saħaq li  żieda fis-siġar f’żoni urbani huma tant meħtieġa għall-benefiċċji tar-residenti u dawk li jżuru l-belt Għawdxija. B’hekk il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti u ta’ dawk kollha li jżuru dawn il-lokalitajiet titjieb.

Min-naħa tiegħu is-segretarju Parlamentari responsabbli għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo saħaq li l-lokalitajiet f’pajjiżna  għandhom bosta  sfidi ambjentali. Gvern Laburista irid komunitajiet b’saħħithom u hu sensittiv għall-bżonnijiet tal-kommunitajiet.

Tenna kemm proġett bħal dan hu ta’ benefiċċju u ta’ ħtieġa.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo saħaq li proġett bħal dan juri rispett lejn il-policies ambjentali sodi u fl-istess ħin qed titkabbar il-kuxjenza favur l-ambjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

Aktar Stqarrijiet Right arrow