ĊERTIFIKAT IEĦOR GĦAL MALTA BĦALA DESTINAZZJONI TURISTIKA
JET2.com għandha flotta ta' 52 ajruplan, timpjega aktar min 3,000 ruħ u s'issa ġarret aktar min 30,000,000 passiġġier f'mhux inqas minn 65 destinazzjoni.
Fl-istess okkażjoni il-Ministru Edward Zammit Lewis ħabbar ukoll, li l-kumpanija ta' l-ajru Norveġiża; Norwegian, ser tistabbilixxi l-bażi tagħha f'Madrid go Spanja, u mill-5 ta' Lulju li ġej ser tibda topera titjira kull ġimgħa minn Madrid għall-Malta. Dan bla dubju ser ikun qiegħed jagħti aktar flessibilita' u għażla lit-turisti li jixtiequ jagħzlu l-Malta bħala d-destinazzjoni għal btajjel tagħhom.
Il-Ministru għat-Turiżmu jikkonsidra dan il-jum bħala wieħed importanti għat-turiżmu f'pajjiżna, għall-fatt li dan huwa ċertifikat ċar bħala destinazzjoni turistika u jinsab ċert li ser ikompli jkun ta' benefiċċju għas-settur.
Din l-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-Blue Flag Awards, toffri opportunita' lil bajjiet tagħna li jiġu skrutiniżżati minn aġenziji u entitajiet internazzjonali, li jagħtu ċertifikazzjonijiet għall-kwalitajiet tal-bajjiet tagħna. Dan iservi tajjeb biex dejjem intejjbu l-prodott u s-servizz turistiku ta' Malta, temm jgħid il-Ministru Dr. Edward Zammit Lewis.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039