Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

PR141070
Date Icon 16/05/2014

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jinnota b’dispjaċir li anke fi kwistjoni ta’ għoti ta’ drittijiet lil Korpi Dixxiplinaiti, l-Oppożizzjoni qiegħda tkun negattiva u kontra dan id-dritt.

Wara snin tidħak bil-korpi dixxiplanti dwar dan id-dritt, issa anke mill-Oppożizzjoni qed tostakola u tipprova ddaħħal dubji biex dan id-dritt jiġi mċaħħad. Dan jidher ċar mill-istqarrijiet li għamel il-Kelliem tal-Opożizzjoni għall-Intern, Jason Azzopardi dalgħodu waqt programm fuq ix-Xandir Nazzjonali, fejn b’mod ċar iddikjara li ma jridx li membri tal-Korpi Dixxiplinati jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom.

Jidher ċar li l-Opożizzjoni  dejjem issib xi ostaklu biex tiġġustifika l-fatt li taħt gvern preċedenti, ma sar xejn biex jingħataw drittijiet meqjusa fundamentali f’pajjiż demokratiku. Il-Ministru Manuel Mallia jfakkar li dan id-dritt kien fil-Manifest Elettoral li bih il-Partit Laburista tela’ fil-gvern, b’vot ċar. U għalhekk billi qed jopponi li membri ta’ Korpi Dixxiplinati  jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom, fil-verità ikun qed jopponi r-rieda tal-poplu kollu.

Il-Gvern jappella biex l-Opożizzjoni tkun kostruttiva u b’rispett lejn ix-xogħol siewi li jagħmlu l-Korpi Dixxiplinati tappoġġja dan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

Aktar Stqarrijiet Right arrow