STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jinnota b’dispjaċir li anke fi kwistjoni ta’ għoti ta’ drittijiet lil Korpi Dixxiplinaiti, l-Oppożizzjoni qiegħda tkun negattiva u kontra dan id-dritt.
Wara snin tidħak bil-korpi dixxiplanti dwar dan id-dritt, issa anke mill-Oppożizzjoni qed tostakola u tipprova ddaħħal dubji biex dan id-dritt jiġi mċaħħad. Dan jidher ċar mill-istqarrijiet li għamel il-Kelliem tal-Opożizzjoni għall-Intern, Jason Azzopardi dalgħodu waqt programm fuq ix-Xandir Nazzjonali, fejn b’mod ċar iddikjara li ma jridx li membri tal-Korpi Dixxiplinati jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom.
Jidher ċar li l-Opożizzjoni dejjem issib xi ostaklu biex tiġġustifika l-fatt li taħt gvern preċedenti, ma sar xejn biex jingħataw drittijiet meqjusa fundamentali f’pajjiż demokratiku. Il-Ministru Manuel Mallia jfakkar li dan id-dritt kien fil-Manifest Elettoral li bih il-Partit Laburista tela’ fil-gvern, b’vot ċar. U għalhekk billi qed jopponi li membri ta’ Korpi Dixxiplinati jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom, fil-verità ikun qed jopponi r-rieda tal-poplu kollu.
Il-Gvern jappella biex l-Opożizzjoni tkun kostruttiva u b’rispett lejn ix-xogħol siewi li jagħmlu l-Korpi Dixxiplinati tappoġġja dan.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039