AKTAR REINSTATEMENTS FIL-KORP TAL-PULIZIJA
Illum ġew reinstated 4 surġenti, 22 uffiċjali tal-pulizija irġiel, u żewġ uffiċjali nisa. Kif ukoll ingħaqdu fil-Korp tal-Pulizija bħala Reserve Constbles, tliet pulizija irġiel, u mara.
Sa issa taħt dan il-gvern saru 60 reinstatement, u daħlu 79 eks uffiċjali fil-Police Constabulary.
Waqt iċ-ċerimonja li saret fid-Depot tal-Pulizija il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia, qal li jinsab sodisfatt li kien hawn ħafna applikazzjonijiet għar-reinstatements u Police Constabulary għax dan juri li qed jerġa’ jqum l-interess fil-Korp tal-Pulizija.
Il-Ministru qal li llum quddiem dawn l-uffiċjali jista’ jgħid li l-gvern, f’sena leġiżlatura irnexxilu jsaħħaħ id-drittijiet tal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati bl-introduzzjoni tad-dritt ta’ sħubija fi trejd unjin kif tħabbar ilbieraħ.
L-investiment fir-riżorsi kemm umani kif ukoll f’apparat fil-Pulizija ser ikompli, iżda dan ma jistax isir billi jittafu d-drittijiet tal-membri tal-Korp.
Il-gvern wera bil-fatti li l-membri tal-Korpi Dixxiplinari huma important u s-sisien tas-suċċessi biex tiġi miġġileda l-kriminalità u għalhekk sar dan il-pass storiku li jiġi introdott dan id-dritt important f’socjetà moderna u demokratika.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039