Left arrow Go Back

AKTAR REINSTATEMENTS FIL-KORP TAL-PULIZIJA

pr141068
Date Icon 15/05/2014

Illum ġew reinstated 4 surġenti, 22 uffiċjali tal-pulizija irġiel, u żewġ uffiċjali nisa. Kif ukoll ingħaqdu fil-Korp tal-Pulizija bħala Reserve Constbles, tliet pulizija irġiel, u mara.

Sa issa taħt dan il-gvern saru 60 reinstatement, u daħlu 79 eks uffiċjali fil-Police Constabulary.

Waqt iċ-ċerimonja li saret fid-Depot tal-Pulizija il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia, qal li jinsab sodisfatt li kien hawn ħafna applikazzjonijiet għar-reinstatements u Police Constabulary għax dan juri li qed jerġa’ jqum l-interess fil-Korp tal-Pulizija.

Il-Ministru qal li llum  quddiem dawn l-uffiċjali  jista’ jgħid li l-gvern, f’sena leġiżlatura irnexxilu jsaħħaħ id-drittijiet tal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati bl-introduzzjoni tad-dritt ta’ sħubija fi trejd unjin  kif tħabbar ilbieraħ.

L-investiment fir-riżorsi kemm umani kif ukoll f’apparat fil-Pulizija ser ikompli, iżda dan ma jistax isir billi jittafu d-drittijiet tal-membri  tal-Korp.

Il-gvern wera bil-fatti li l-membri tal-Korpi Dixxiplinari huma important u s-sisien tas-suċċessi biex tiġi miġġileda l-kriminalità  u għalhekk sar dan il-pass storiku li jiġi introdott dan id-dritt important f’socjetà moderna u demokratika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow