Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr141057mt
Date Icon 15/05/2014

Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014

Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-queue

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u djar tal-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-queue f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.

2.         Persuni li jippreżentaw il-KartAnzjan u li ma għalqux il-75 sena, jitħallew jaqbżu    l-queue bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm.

3.         Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-queue irid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-queue u dan wara s-1.00 pm.  Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità jingħataw l-istess faċilità mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.

4.         Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-queue waqt il-votazzjoni filħin imsemmi aktar qabel.

Kull tabib li japplika jingħata ammont ta’ formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta’ formoli jista’ jiżdied skont il-ħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow