AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni (fl-24/05/2014) u jixtiequ jivvotaw ġimgħa qabel (is-Sibt 17/05/2014) fin-Naxxar, illi għada huwa l-aħħar nofstanhar li fih jistgħu personalment japplikaw għand il-Kummissjoni Elettorali b’dikjarazzjoni ġuramentata.
Min jixtieq juża din il-faċilità għandu sa nofsinhar ta’ għada l-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju, 2014, biex jattendi l-Uffiċċju Elettorali fil-Belt Valletta jew fir-Rabat, Għawdex. Importanti li min japplika jieħu l-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza miegħu u li fil-jum tal-votazzjoni antiċipata (is-Sibt, 17/05/2014) ikun fil-pussess tad-dokument tal-vot, għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota.
Stqarrijiet Oħra:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039