AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet - 2014
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lill-Amministraturi tad-Djar tal-Anzjani u l-isptarijiet b’dan li ġej:
Id-dokument għall-votazzjoni huwa proprjetà tal-persuna li hu maħruġ f’isimha u kull min ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-votazzjoni hu ħati ta’ reat.
Għalkemm ma għandha ssir ebda pressjoni fuq ir-residenti/pazjenti ta’ dawn id-Djar u Sptarijiet, l-Amministraturi għandhom jiżguraw li fil-jum tal-votazzjoni jkun hemm aċċess liberu kemm għar-residenti/pazjenti li jkunu sejrin jivvutaw kif ukoll għall-persuni awtorizzati li ser iwassaluhom sal-post tal-votazzjoni – jekk il-votanti nnifishom ikunu jridu hekk.
Fil-jum tal-votazzjoni, f’San Vincenz de Paule, u fid-Djar tal-Anzjani (fis-17/05/2014) u fl-isptarijiet Karen Grech u Monte Karmeli (fit-22/05/2014) ikunu jistgħu jidħlu BISS nies awtorizzati u li jkollhom l-identification tag maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039