Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI, MICHAEL FARRUGIA

pr141054
Date Icon 14/05/2014

Il-Familji Maltin u Għawdxin jixirqilhom l-Aħjar – Jum il-Familja 2014

Matul l-aħħar erbatax-il xahar, dan il-Gvern ħadem bis-sħiħ sabiex il-familji Maltin u Għawdxin ikollhom dak li huwa tagħhom sabiex jgħixu ħajja iktar trankwilla u b’serħan il-moħħ.

Il-15 ta’ Mejju huwa l-Jum Internazzonali iddedikat lill-familja u f’dan il-jum għandna naħsbu x’inhuma l-isfidi li l-familji tagħna qed jiffaċċjaw u naraw x’jista’ jsir aktar biex intaffu is-sitwazzjoni.

Fid-dinja li ngħixu fiha llum il-familji tagħna qegħdin isibu ma’ wiċċhom sfidi ekonomiċi kbar. Kien għalhekk illi ħdimna biex ngħinu lill-familji kemm jista’ jkun permezz ta’ pakkett imsawwar minn diversi miżuri, bħar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, childcare b’xejn għat-tfal li l-ġenituri tagħhom jaħdmu, tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-koppji li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, refund ta’ taxxa mħallsa żejda fuq il-karozzi u iktar miżuri pożittivi sabiex pajjiżna jimxi iktar ’il quddiem.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, is-sena li għaddiet kien hemm 45,955 familja li rċevew iċ-children’s allowance, filwaqt illi 3,649 familja rċevew il-benefiċċju tal-maternità.

F’dan il-jum iddedikat lill-familja għandna niftakru wkoll fl-anzjani u l-persuni b’diżabilità li jgħixu fis-soċjetà tagħna. Aħna kommessi sabiex huma jkollhom l-aħjar u b’hekk id-dinjità tagħhom tkun rispettata filwaqt li jibqgħu jgħixu fil-komunità. Dan flimkien ma’ miżuri oħra fosthom, persuna b’diżabilità li tagħżel li tidħol fid-dinja tax-xogħol bla ma jkollha l-ebda tnaqqis mill-benefiċċji soċjali.

Irridu niftakru wkoll f’dawk l-emigranti minuri mhux akkumpanjati u li għal diversi raġunijiet infatmu mill-familji tagħhom. Kien għalhekk illi nbdiet ħidma sabiex f’Malta tinstab residenza illi tilqa’ fiha tfal refuġjati mhux akkumpanjati mill-ġenituri biex ma jibqgħux jgħixu mal-immigranti adulti. 

Dan il-Gvern huwa kommess illi bil-miżuri li jieħu jkun qed iħalli aktar flus fil-bwiet tal-familji biex b’hekk issir il-Ġustizzja Soċjali sabiex ilkoll jgħixu ħajja aħjar.

Sadanittant, il-Gvern wettaq il-wegħda li ma jiddiskriminax bejn familji komposti minn relazzjonijiet diversi.

Dan huwa Gvern li jaħdem u għalhekk se nkomplu nwettqu l-mandat tagħna b’enerġija pożittiva sabiex il-familji Maltin u Għawdxin kif jixirqilhom ikollhom l-aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow