Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-MINISTRU GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI U DJALOGU SOĊJALI

pr141053
Date Icon 14/05/2014

Illum twettqet proposta elettorali oħra. Dik li kull persuna f’korp dixxiplinat ikollha d-dritt tissieħeb f’union tal-għażla tagħha.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia u l-Ministru għal-Libertajiet Ċivili u Djalogu Soċjali Helena Dalli, tħabbar li l-liġi tal-Unions tal-Korpi Dixxiplinati għaddiet mill-Kabinett.

Il-Ministru Mallia qal li dan ifisser li ġie introdott dritt fundamentali li sa llum il-ġurnata ma kienx jeżisti u hu tant importanti sabiex il-membri ta’ Korpi Dixxiplinati jkollhom serenità fuq il-post tax-xogħol. Id-dritt li membri tal-Korpi Dixxiplinati jissieħbu f’union, ma jinkludix id-dritt ta’ strike minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Il-Gvern jemmen li b’dan il-mod se jkun hemm lok ferm inqas li jistgħu jseħħu inġustizzji kif rajna illi kellna fl-Armata. Dan peress li dawn ikunu jistgħu jiġu riżolti anke permezz ta’ rappreżentanza mill-Union.

Il-Gvern issa jibda jħares li jkompli t-taħditiet kontinwi mal-unions taħt din il-forma biex b’hekk ikun hemm l-aħjar kundizzjonijiet u l-aħjar ambjent fil-post tax-xogħol fejn il-ħaddiem ikun jista’ jagħti servizz effiċjenti lejn pajjiżu.

Il-Ministru Manuel Mallia għamel referenza ukoll għall-fatt li l-konferenza tal-aħbarijiet saret fil-Kulleġġ tal-Pulizija, li għall-ewwel darba qed jospita ir-rekluti l-ġodda. Il-Ministru Manuel Mallia qal li gvern preċedenti kien poġġa l-ġebla inawgurattiva f’Lulju 2011, imma kellu jressaq din il-ġebla wara li ma sarx xogħol.

Kien biss dan il-gvern li lesta l-Lecture and Administration Block fl-Akkademja tal-Pulizija. Ix-xogħol fl-Akkademja għadu għaddej fis-sezzjoni tad-dormitorji.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Helena Dalli qalet li dan huwa pass ieħor fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ settur ieħor ta’ ħaddiema. Dr Dalli qalet li l-gvern huwa impenjat li b’mod konkret jara li l-ħaddiema jkollhom aktar drittijiet u li tkun rispettata d-dinjità tagħhom fuq il-postijiet tax-xogħol.

Qalet li dan huwa proċess li nbeda qabel l-elezzjoni meta l-moviment laburista kien qed jisma’ dak li kellhom xi jgħidu l-ħaddiema fid-diversi oqsma. B’dan il-mod wasal biex poġġa l-proposti tiegħu fuq il-programm elettorali li issa li qiegħed fil-gvern dawn saru l-policies li għandu d-dover u li qiegħed jitwettaq fil-prattika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow