Left arrow Go Back

OPPOŻIZZJONI NEGATTIVA BIEX TIPPROVA TIĠĠUSTIFIKA DAK LI MA GĦAMLITX META KIENET FIL-GVERN

pr141051
Date Icon 14/05/2014

Il-Ministru Manuel Mallia jifhem li llum saret din l-istqarrija negattiva mill-Oppożizzjoni biex tipprova taħbi l-ħidma li saret minn dan il-Gvern, li ma rnexxilhux jagħmel Gvern preċedenti, jiġifieri dik li jagħti d-dritt tal-union lill-Korpi Dixxiplinati kollha u dik li jiftaħ Kulleġġ tal-Pulizija, kif issa bdew jitgħallmu fih tagħlim effettiv ir-rekluti ġodda.

Jinħass ċar li dan il-Gvern irnexxielu jerġa’ jitfa’ entużjażmu fil-Korp tal-Pulizija u dan huwa muri mill-interess li hemm fir-reinstatments u fil-Police Constabulary.

B’referenza għall-Istqarrija tal-Kelliem għall-Intern Jason Azzopardi, il-Ministru Manuel Mallia jisħaq li t-transfers huma prerogattiva tal-Kummisarju tal-Pulizija li jwettaq transfers skond l-esiġenzi tal-Korp.

L-arroganza hi tal-Partit Politiku li jitkellem b’mod ineżatt fuq it-transfers, meta fi żmien meta kien fil-Gvern, saru kważi tliet mitt transfer f’xahrejn qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-Ministru jfakkar li taħt it-tmexxija Nazzjonalista mill-1999 sas-sena li għaddiet saru aktar minn tmint elef transfer fil-pulizija.

Il-Ministru jisħaq li dejjem ra kif jirrimedja għall-inġustizzji tal-Armata li saru, u hekk se jkompli jagħmel kif hu fid-dover tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow