IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TĦABBAR XOGĦOL TA’ TISBIĦ U MANUTENZJONI FIĊ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM U RESIDENZI GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Waqt li indirizzat seminar organizzat mill-Aġenzija Sapport, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, illum ħabbret xogħol ta’ Tisbiħ u Manutenzjoni fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u Residenzi għall-Persuni b’Diżabilità.
“Bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva mal-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, illum bi pjaċir inħabbar li se jkun qiegħed isir xogħol ta’ Tisbiħ u Manutenzjoni fir-Residenzi u ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità,” qalet is-Segretarju Parlamentari. Żiedet tgħid li dan ix-xogħol ta’ Manutenzjoni se jkun qiegħed isir fiċ-Ċentri tal-Kottonera, tal-Gwardjola, Ħal Far u Wied il-Għajn. Ir-Residenzi li se jkunu qegħdin igawdu minn dan ix-xogħol huma r-Residenzi ta’ Bormla, tax-Xgħajra u tal-Fgura.
“Dan hu x-xogħol li dan il-Gvern qiegħed jagħmel biex jassigura ħajja aħjar għall-Persuni b’Diżabilità. Meta żort dawn iċ-Ċentri kif ukoll Residenzi ndunajt x’manutenzjoni mill-aktar fis possibli għandhom bżonn dawn il-postijiet u għalhekk ittieħdet azzjoni fuqhom,” sostniet is-Segretarju Parlamentari. Semmiet ukoll l-iStandards għar-Residenzi ta’ Persuni b’Diżabilità li ġew imnedija ftit ilu għall-konsultazzjoni pubblika. Is-Segretarju Parlamentari, appellat lil kulħadd biex jieħu sehem f’din il-Konsultazzjoni.
Waqt li kienet qiegħda titkellem fuq is-Servizzi tas-Social Work, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana rringrazzjat lis-Social Workers għall-Ħidma tagħhom u semmiet li s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva beda jaħdem fuq Adult Protection Act u li se tkun qed tinvolvihom waqt id-drafting ta’ din il-liġi.
Fuq servizzi ta’ Komunità, is-Segretarju Parlamentari qalet li qiegħda f’diversi diskussjonijiet ma’ diversi Ministeri u Dipartimenti fosthom tas-Saħħa biex dan is-servizz jitjieb.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039