Left arrow Go Back

IPPREŻENTATI L-PREMJIIET GĦALL-KOMPETIZZJONI TAL-ISTUDENTI BIT-TEMA TKUN IL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI

pr141047
Date Icon 14/05/2014

Is-Segeretarjat Parlamentari għall-Bieda, Sajd u Drittijiet tal-Annimali flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol illum ippreżenta l-premjiiet għall-Kompetizzjoni tal-Istudenti bit-tema tal-ħarsien tal-annimali li kienet ġiet imħabbra fil-Jum Dinji tal-Annimali li għadda. Minn fost numru qawwi ta’ studenti li pparteċipaw, ġew ippremjati sitt studenti li ngħataw tablet kull wieħed; tliet studenti mil-livell primarju u tliet studenti mil-livell sekondarju li ppreżentaw l-aħjar sottomissjonijiet f’din il-kompetizzjoni.

It-tfal u l-adolexxenti għandhom kurżità innata u qegħdin fl-aħjar żmien biex jitgħallmu, u jassorbu informazzjoni ġdida. Għaldaqstant, din l-fażi hi l-aħjar żmien biex l-istudenti jedukaw rwieħhom u jitgħallmu iktar dwar it-trattament xieraq tal-annimali. It-tfal tagħna għandna nindukrawhom b’ valuri li jirriflettu kultura ta’ rispett lejn l-annimali, mhux biss dawk l-annimali domestiċi li normalment nikkunsidrawhom bħala pets imma  kultura u viżjoni iktar wiesgħa li tapplika għall-annimali kollha.

L-iskop wara l-ħsieb li jkun hemm kompetizzjoni kien, biex l-studenti jużaw it-talenti u l-kapaċitajiet artstiċi u litterarji tagħhom u biex jesponu l–ideat tagħhom ta’ kif għandhom jiġu rispettati u trattati l-annimali, x’jista’ jsir biex titjieb l-attitudni ta’ kif in-nazzjon iħares lejn l-annimali u biex tinħoloq kuxjenza soċjali. Is-Segretarjat jemmen li t-tfal barra li jitgħallmu dwar l-annimali għandom ideat u kontribut validu li jistgħu jagħtu f’dan il-qasam. It-tfal u l-adolexxenti għandhom messaġġ siewi ferm u b’saħħtu ta’ kif, fl-opinjoni tagħhom, għandhom jiġu trattati b’ mod aktar xieraq u ġust l-annimali.

It-temi ippreżentati mit-tfal tal-iskejjel primarji kienu jikludu l-kura tal-pets tagħhom u  annimali domestiċi oħra u kienu jinkludu wkoll jinkludu temi dwar annimali li jintużaw fil-produzzjoni tal-ikel u  produzzjoni ta’ materjali sekondarji, annimali li jintużaw għat-trasport jew biex iġorru tagħbija, annimali li jintużaw fir-riċerka, annimali slavaġġ fl-ambjent naturali tagħhom, u annimali li jiġu sfruttati fiċ-ċirkli tal-annimali. L-istudenti tal-Sekondarja kitbu stejjer validi ta’ kif l-uffiċjali għall-Ħarsien tal-Annimali qegħdin jgħinu lill-annimali fil-bżonn.

Waqt li l-Gvern huwa komess li l-istudenti minn età żgħira għandhom jiġu mgħallma dwar id-drittijiet u l-kura tal-annimali, aħna nemmnu li tfal jistgħu wkoll jistgħu jgħallmuna kif is-soċjetà tal-lum tista’ tkun iktar sensittiva  u iktar rispettuża lejn l-annimali. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni kien biex l-istudenti joħorġu l-kreattività tagħhom u jużawha biex jesponu elementi posittivi li jirriflettu livell ta’ rispett għoli  lejn l-ħarsien tal-annimali inlkuż li:

·   Jiżviluppaw apprezzament li l-annimali huma ħlejjaq ħajjin li jħossu, u għaldqastant tinħoloq kuxjenza bil-mod kif aħna bħala soċjetà nitrattaw l-annimali;

·   L-istudenti jieħdu interess attiv ta’ kif jieħdu ħsieb u  jitrattaw b’mod tajjeb il-pets tagħhom inkluż l-importanza li tingħata kura tal-annimali stray;

·   Nipprovdu l-istudenti b’opportunitajiet biex b’mod ġenerali jieħdu inizjattiva u jakkwistaw għarfien, valuri, attitudnijiet pożittivi u jikomettu ruħhom biex itejbu l-ħajja tal-annimali;

·   It-tfal ta’ llum huma l-ġenerazzjoni futura, u għaldaqstant fis-snin li ġejjin għad ikunu f’pożizzjoni li jinfluenzaw it-tibdil fl-imġieba ta’ indivdiwi u gruppi biex l-annimali jingħataw l-importanza u d-drittijiet li jixirqilhom;

·   L-istudenti jkunu konxji dwar l-iżvilupp kollu u s-servizzi li qed jiġu offruti lill-annimali f’pajjiżna, u barra minn xtutna biex l-annimali ma jiġux abbużati u sfruttati;

·   L-istudenti jieħdu sehem proattiv biex iħarsu l-annimali biex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jirrispettaw dejjem iktar lill-annimali. B’mod partikolari, is-Segretarjat jixtieq li l-istudenti jinvolvu ruhom b’mod attiv biex jagħtu kontribut dirett f’ dak li jikkonċerna t-titjib fit-trattament xieraq tal-annimali u jkunu il-prekursuri ta’ inizjattivi favur it-trattament xieraq u ħarsien tal-annimali u kif ukoll jgħaddu valuri b’saħħithom u jippromwovu l-promozzjoni u l-edukazzjoni dwar l-annimali lill-ġenerazzjonijiet futura.

Is-Segretarjat għall-Biedja, Sajd, u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jirringrazzja lill-istudenti kollha li pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni. Waqt li s-Segretarjat jifraħ lir-rebbieħa kollha, jixtieq jirringrazzja wkoll lil dawk l-istudenti li pparteċipaw u li però ma ħadux premju. Dan ir-ringrazzjament imur ukoll lill-għalliema tagħhom li ċertament kienu ta’ inspirazzjoni u nkoraġġew l-istudenti biex joħorġu b’ideat tajba u temi rilevanti.

Is-Segeretarjat ikompli jħeġġeġ lill-istudenti kollha  biex fl-attivitajiet ekstra-kurrikulari tagħhom jimpenjaw ruħhom direttament u jagħtu kontribut validu favur it-trattament xieraq tal-annimali. Dan l-appell qed jiġi estiż ukoll lill-Kapijiet tal-iskejjel u l-ġenituri biex joħorġu b’inizjattivi u jkomplu jinkoraġġixxu attivitajiet li jippromwovu t-trattament xieraq tal-annimali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow