AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014
Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-votanti reġistrati li għadhom mhumiex fil-pussess tad-dokument tal-vot tagħhom illi għandhom imorru personalment fl-għassa tal-pulizija tal-lokalità tagħhom biex jieħdu d-dokument tal-vot, kuljum,
sal-Ġimgħa 16 ta’ Mejju: bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm
u s-Sibt 17 ta’ Mejju, l-aħħar jum, il-ħin tal-għeluq ikun estiż sal-10.00 pm
Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet ta’ Iklin, Lija, Marsaskala, Pembroke, Ta’ Xbiex u Fontana, d-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identita’ jew id-Dokument tar-Residenza. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat. Iżda min tilef dan id-dokument ta’ identifikazzjoni jistgħu l-ewwel imorru fl-Uffiċċju Elettorali għal dokument simili temporarju.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039