JERĠA JIĠI APPUNTAT IL-KUMITAT AZZJONI LEJN SOĊJETA ĠUSTA
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum apponta il-Kumitat Azzjoni lejn Soċjeta Ġusta. L-iskop ta’ dan il-Kumitat mhux amministrattiv huwa biex il-Persuni b’Diżabilità u qrabathom ikollhom rappreżentanza u vuċi mal-Gvern, speċjalment mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
Dan il-Kumitat ser ikun qiegħed:
· Jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma Persuni b’Diżabilità, qrabathom, u il-Komunità
· Jipproponi ideat biex jissalvagwardja id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-familji tagħhom
· Jaġġornaw is-Segretarju Parlamentari bl-aktar bidliet u sfidi riċenti fis-settur
· Jipproponi ideat kif is-soċjetà tistà tkun inklussiva
· Jaqsam informazzjoni relatata mas-Settur tad-Diżabilità
· Jipproponi u jiddiskuti ideat ġodda li jistgħu jiġu mplimentati
Dan l-Kumitat ġie appuntat mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, u jikkonsisti f’ 22 membru.
Other Press Releases:
PR262040
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...
PR262039