Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN JTELLA’ KUNĊERT BLA ĦLAS GĦALL-POPLU

pr141039
Date Icon 13/05/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W. Vella ħabbar li nhar is-Sibt 17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin se jtella’ kunċert taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca,   biex jiċċelebra l-erba’ festi Nazzjonali li huma l-Indipendenza, r-Repubblika, Ħelsien u l-għaxar anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  

Il-Kunċert ‘Mixjietna’ li se jittella’ bla ħlas għall-poplu Malti huwa mnebbaħ mill-vjaġġ li għamel pajjiżna u t-tbatija tal-poplu Malti biex illum huwa stat sovran. Il-Ministru Vella spjega li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu kull raġun jiċċelebra bil-kbir dawn il-festi hekk kif kien dan il-Ministeru li matul is-snin issielet permezz ta’ negozjati tekniċi u politiċi li permezz tagħhom Malta huwa pajjiż sovran li tgawdi l-għarfien internazzjonali li jixiriqilha. 

Il-Kunċert se jittella’ bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Miran Vaupotich.  Fil-kunċert se jieħdu sehem tlett kantanti Maltin, Dorothy Bezzina, Lawrence Grey u s-sopran Gillian Żammit u ċellista ta’ fama internazzjonali Meehae Ryo.

Min irid jattendi għal dan il-kunċert li qed jingħata bla ħlas, fis-17 ta' Mejju, fl-MCC, għandu jagħmel kuntatt mal-Ministeru sa mhux iktar tard mill-14 ta' Mejju fuq 2204 2209/2213/2295 jew jibgħat email fuq events.mfa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI   Malta tavvanza l-ħidma għal qafas legali li jirregola l-attivitajiet spazjali

PR262040

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI Ma...

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

More Press Releases Right arrow