POSSIBILITA’ LI GVERNIJIET LOKALI JIBDEW IĦADDMU L- KUNĊETT TA’ AWTONOMIJA FISKALI
L-Onor. José Herrera tkellem fuq il-possibilita’ li Gvernijiet Lokali jibdew iħaddmu l- kunċett ta’ awtonomija fiskali.
Dan tħabbar waqt l-inawgurazzjoni tal-uffiċini l-ħodda tal-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-Marsa. “Xi ftit tal-jiem ilu waqt konferenza tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li kont mistieden speċjali għaliha u li fiha kien hemm interventi minn rappreżentanti ta’ pajjiżi varji mill-Unjoni Ewropeja, ħareġ kontinwament il-punt li Malta għadha mhiex qed tħaddan il-kunċett tal-awtonomija fiskali, dak magħruf bħala shared revenue, fil-Kunsilli Lokali. Dan huwa mezz ieħor kif il-Kunsilli jistgħu jibdew jiġġeneraw fondi sabiex jintużaw fil-lokalita.”
L-Onor Herrera spjega li matul il-ġimgħat li ġejjin se jkun qiegħed jiddiskuti dan il-kunċett mal-Kunsilli Lokali sabiex jiġi stabbilit il-ħsieb warajh u kif jista jigi applikat f’Malta li mhux neċessarjament għandu l-istess strutturi ta’ pajjiżi ohra ewropej. “Għalkemm il-budget ta’ din is-sena baqa’ l-istess eżatt bħal dak tas-sena l-oħra, il-Gvern qed jagħmel skemi u jsib mezzi oħra kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jagħtu aktar poter lill-istess Kunsill. Aħna rridu li l-Kunsill Lokali ma jibqgħux identifikati biss mal-bankini u t-toroq iżda irridu li jingħataw aktar saħħa u awtonomija.”
“Ser nibdew billi invaraw white paper dwar ir-riforma tas-sistema tal-infurzar lokali li fil-ġranet li ġejjin ser tkun preżentata lill-Kabinett u li mbagħad tinħareġ pubblikament. Il-Gvern bi ħsiebu jagħti erba’ xhur sabiex ikun hemm id-diskussjonijiet neċessarji ħalli ssir din ir-riforma wisq bżonnjuża. Intant, qegħdin naħdmu proġetti inter-ministerjali sabiex noffru servizzi fil-komunita’ li jagħmlu l-Kunsill aktar ċentru qrib il-poplu. Fost dawn l-inizjattivi insibu il-ftuħ ta’ bereġ tas-saħħa fil-komunita’ kif ukoll skemi ta’ xogħol lill-nies vulnerabli.”
Dr Herrera qal dan meta kien qed jindirizza numru ta’ sindki u kunsilliera li kienu preżenti għall-ftuħ tal-uffiċini tal-AKL.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038