Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr2620
Date Icon 23/11/2013

Sabiex tkun assigurata kontinwita’ u ma jkunx hemm vacuum fl-Enemalta bil-ħatra ta’ Louis Giordimaina bħala CEO Designate tal-linja nazzjonali tal-ajru, is-Sur Fredrick Azzopardi se jkun qed jiġi appuntat bħala kap eżekuttiv tal-Enemalta minn Jannar li ġej.

Bejn issa u l-aħħar tas-sena se tkun qed issir il-handover. Is-sur Azzopardi bħalissa qed jokkupa l-kariga ta’ kap eżekuttiv fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma.

Ic-Chairman preżenti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ta’ Arms Ltd,  is-sur Tony Mejlaq se jkun qed jagħti kontribut f'oqsma oħra tal-gvern li se jitħabbru dalwaqt u se jkun qed jirriżenja mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mill-Arms LTD.

F’Arms ltd, Dr John Abela se jkun appuntat bħala Chairman u l-ħatra ta’ Chairman ġdid fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed issir dalwaqt.

Il-Ministeru jirringrazzja lis-Sur Giordimaina u lis-Sur Mejlaq għas-servizz li taw f’dawn il-karigi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow