STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
Ħatra ta’ Kap Eżekuttiv Ġdid Malti (Designate) għall-Air Malta
Il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra ta’ Louis Giordimaina bħala Kap Eżekuttiv Ġdid (designate) għal-linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta.
Is-sur Giordimaina se jkun qed jieħu postu fl-irwol ta’ Kap Eżekuttiv designate b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Id-deċiżjoni tal-Air Malta kif imħabbra dwar l-għażla tal-Kap Eżekuttiv Ġdid (designate) tikkonferma li m’għandhiex għalfejn tkun bilfors persuna barranija biex tokkupa kariga għolja f’kumpanija tal-Gvern.
Il-Gvern iħoss li s-Sur Giordmaina għandu r-rekwiżiti kollha neċessarji għal din il-kariga, b’esperjenza vasta ta’ xejn anqas minn 36 sena fil-qasam tal-avjazzjoni fejn anke beda l-karriera tiegħu mal-Air Malta bħala aircraft engineer.
Il-ħatra tas-Sur Louis Giordimaina qed issir fi żmien meta l-Air Malta għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar delikat mifrux fuq ħames snin li kien miftiehem mal-Kummissjoni Ewropea minn amministrazzjoni preċedenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038