Left arrow Go Back

XOGĦOL F’GĦAWDEX GĦALL-GĦAWDXIN

pr2614
Date Icon 22/11/2013

Dalgħodu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo żaru l-kumpanija Magro Brothers li tinsab fix-Xewkija; fejn tkellmu fuq diversi miżuri tal-budget dwar il-ħolqien ta’ xogħol u għajnuna lill-intrapriżi f’Għawdex.

Il-Ministru Refalo faħħar l-operat kummerċjali tal-aħwa Magro għall-integrità u livell għoli ta’ intrapriża. Huwa qal li din l-kumpanija toffri prodotti Għawdxin ta’ kwalità għolja kif ukoll toffri numru sostanzzjali ta’ impjiegi u kummerċ lil Għawdxin.

Huwa wkoll fisser kemm il-Gvern preżenti jinsab impenjat li jwettaq il-wegħda elettorali li joħloq xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, u ta’ kwalità, bil-ħsieb li dejjem tittaffa l-problema li tinħoloq bejn iż-żewġ gżejjer.
Il-Ministru għal Għawdex wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-kollaborazzjoni sħiħa li hemm bejn il-Ministeru ta’ Għawdex u dak tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, u dan jawgura tajjeb għas-suċċess fl-implementazzjoni ta’ diversi inizjattivi, speċjalment permezz tal-ETC, biex jinħoloq ix-xogħol f’Għawdex.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li s-sitwazzjoni f’Għawdex qed toħloq żbilanċ bejn iż-żewġ gżejjer, u trid tiġi ndirizzata l-isfida li żgħażagħ Għawdxin jaraw l-futur tagħhom f’Malta biss.

Il-Ministru Bartolo qal li ċertu industriji bħal dawk tal-iGaming u edukazzjoni, speċjalment distance learning, qed jiġu milquta min-nuqqas ta’ teknoloġija tal-fibre optic.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow