Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr2609
Date Icon 22/11/2013

Malta trid tattira lejha l-aqwa talent – il-Prim Ministru

Malta trid li tattira lejha l-aqwa talent minn madwar id-dinja biex tkun fuq ta' quddiem fl-ekonomija globali li qed tiżviluppa.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta tkellem waqt il-konferenza dwar residenza u ċittadinanza f'Miami, l-Istati Uniti.

Dr Muscat qal li l-programm Malti għaċ-ċittadinanza se jkun innovattiv u mmirat lejn persuni tal-ogħla livell li jkunu attirati biex iżidu mat-talent diġà kbir li għandu pajjiżna.

Il-Prim Ministru qal li wara li għaddiet il-liġi mill-Parlament qed tingħata possibiltà oħra għal kunsens politiku qabel ma jiġu ppubblikati r-regolamenti dwar Avviż Legali. Huwa ma kkummentax dwar kif sejrin dawn it-taħdidiet għaliex mhux prudenti li jsir dan.

Joseph Muscat enfasizza li permezz tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali, pajjiżna se jkun qed jinvesti f'oqsma kruċjali biex itejjeb il-kompetittività u l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Prim Ministru spjega l-viżjoni tiegħu ta' Malta li tkun ċentru ta' investiment bis-sigurtà tar-regolamenti Ewropej u l-Unjoni Ewropea, iżda tant fil-qrib tas-suq Afrikan fil-qalba tal-Mediterran.

Huwa għalhekk, qal Dr Muscat, li Malta se tkompli tkun innovattiva, b'politika bħal qtugħ fl-income tax, childcare bla ħlas u stipendji għall-istudenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow