STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Pożizzjoni komuni bejn Malta u l-Italja dwar l-immigrazzjoni
Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia u l-Ministru tal-Intern Angelino Alfano ltaqgħu f’Ruma biex jadottaw pożizzjoni komuni bejn Malta u l-Italja dwar l-immigrazzjoni waqt il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern li se jsir fil-5 ta’ Diċembru li ġej.
Fost l-oqsma li se jiġu diskussi se tkun il-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni li ttellgħet fuq l-aġenda Ewropea mill-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa, fosthom l-Italja u l-Greċja.
Il-laqgħa bejn il-Ministru Mallia u l-Minsitru Alfano ssegwi żjara li għamel il-Prim Ministru Taljan Enrico Letta ftit tal-jiem ilu.
Il-Ministru Mallia, qal li l-pajjiżi li qed jiġu affaċjati l-aktar bil-problema tal-immigrazzjoni jeħtieġ li jingħaqdu flimkien b’pożizzjoni komuni biex mal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jinstabu soluzzjonijiet dwar l-immigrazzjoni irregolari. Dawn is-soluzzjonijiet iridu jagħtu riżultati mill-aktar fis filwaqt li jkunu ppjanati biex jiġġiledu din il-problema b’mod effettiv għal tul ta’ żmien. Kemm l-Italja kif ukoll Malta , jemmnu li l-immigrazzjoni rregolari hi probema Ewropea.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038