Left arrow Go Back

L-AĠENZIJA APPOĠĠ RELEVANTI GĦAR-REALITAJIET SOĊJALI FUTURI

pr2603
Date Icon 22/11/2013

L-Aġenzija Appoġġ trid tibqa’ relevanti biex jibqgħu jiġu indirizzati r-realitajiet soċjali li jinbidlu minn żmien għal żmien. Dan kien l-indirizz ewlieni li għamlet il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca fil-bidu ta’ seminar organizzat għall-ħaddiema kollha tal-Appoġġ bit-tema ‘Flimkien ‘l quddiem’.

Il-Ministru Coleiro Preca tkellmet dwar il-validita’ tas-servizzi tal-Appoġġ u kemm dawn huma importanti biex jgħinu lil dawk li qegħdin f’diffikultajiet iżda wkoll ikunu parti minn programm preventiv li jwasslu biex inqas persuni jidħlu fi problemi soċjali. Sostniet li d-direzzjoni tal-Gvern hija li l-Appoġġ tkun aktar sensittiva għall-isfidi soċjali immedjati, iżda anki dawk li resqin fuqna.

L-Onor. Coleiro Preca qalet li kien għalhekk li ġie ordnat rapport li sar mill-Management Efficieny Unit li rrimarka għas-sitwazzjoni preżenti fl-Appoġġ u kif din l-Aġenzija tista timxi ‘l quddiem b’mod aktar effettiv.

Hija spjegat kif dan ir-rapport juri l-bżonn li niżviluppaw Management Information System li tkun tista’ tagħti informazzjoni reali biex il-ħaddiema jkunu aktar effettivi mal-klijenti.

Il-Ministru Coleiro Preca faħħret il-ħaddiema kollha tal-Appoġġ tax-xogħol siewi li qed jagħmlu fis-soċjeta’ u tkellmet kif dan il-Gvern qed jinvesti aktar fil-ħaddiema soċjali permezz ta’ aktar taħriġ.

Fl-indirizz tagħha l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, Sina Bugeja enfasizzat l-importanza li l-ħaddiema jiġu mismugħa u l-proposti tagħhom jiġu kkunsidrati f’dan l-eżerċizzju ta’ titjib fil-provediment ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali.

Sina Bugeja żiedet tgħid li l-ħaddiema soċjali u l-professjonisti l-oħra fi ħdan l-Aġenzija jwasslu ħidmiethom b’dedikazzjoni lejn il-klijenti.  Spjegat kif ir-rwol tagħhom imur ukoll aktar minn hekk għax il-kontribut tagħhom hu mifrux fis-soċjetà lil hinn mill-konfini tal-Aġenzija, bħal meta kien hemm il-każijiet umani riċenti fil-wasla tal-immigranti irregolari f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow