Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JIKKONFERMA LI L-PROĠETT GĦAT-TRASFERIMENT TAL-MUŻEW NAZZJONALI TAL-ARTI LEJN IL-BERĠA TAL-ITALJA SER ISIR KIF IPPJANAT

pr2598
Date Icon 21/11/2013

B’referenza għal diversi artikli fuq il-media lokali dwar it-trasferiment tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti minn Triq Nofsinhar għall-Berġa tal-Italja, il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali qiegħed jippubblika din l-istqarrija konġunta biex jiċċara l-fatti kollha dwar dan il-proġett.

Il-Gvern qiegħed jikkonferma li l-proġett magħruf bħala “Back Home Project” dwar it-trasferiment tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti lejn il-Berġa tal-Italja għadu ser isir kif kien ippjanat. F’dan ir-rigward, matul il-ġimgħat li ġejjin mistenni jinħareġ brief sabiex isir id-disinn tal-Mużew Nazzjonali l-ġdid tal-Arti.

Il-Gvern preċedenti kien ippjana li l-Ministeru flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jiġu trasferiti għall-binja magħrufa bħala Admirality House li bħalissa tospita l-Mużew Nazzjonali tal-Arti. Fl-istess ħin kien ippjanat ukoll li tiżdied magħha binja li hemm fil-ġenb magħrufa bħala Casa Scaglia kif ukoll binja oħra bin-numru 8, fi Triq Żekka. Sabiex dan isir kienu ġew preżentati żewġ rapporti arkitettoniċi fi Frar 2013, f’forma ta’ Property Condition Report u Design Brief li kienu jinkludu t-tqassim tal-binja l-ġdida. 

Sadanittant, f’April li għadda kien ġie ppreżentat ukoll Mapping Report li fuqu tħejja rapport ieħor mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fejn fih kien hemm dikjarat b’mod ċar li ċ-ċaqlieqa mill-Berġa tal-Italja għal Admirality House tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-MTA u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li b’kollox jinkludu madwar 180 impjegat ma kinitx possibli minħabba n-nuqqas ta’ spazju (dan l-istess rapport tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar is-Sibt li għadda mis-Segretarju Parlamentari Jose Herrera waqt id-diskussjoni tal-Estimi dwar il-vot tat-Turiżmu). B’riżultat ta’ dan kien ġie ssuġġerit li jinbnew żewġ sulari fuq il-binja ta’ Triq Zekka li iżda ma ntlaqax minħabba l-fatt li seta’ jkun hemm problemi mal-UNESCO.

Sadanittant, fl-aħħar jiem ġew organizzati numru ta’ laqgħat ma’ stakeholders fis-settur sabiex jiġi ppreċiżat li l-proġett għadu għaddej.

Irid ikun iċċarat ukoll li fil-frattemp, il-Ministeru għat-Turiżmu għaddej b’taħdidiet kontinwi sabiex tinstab binja alternattiva li fiha jista’ jiċċaqlaq il-Ministeru, l-MTA u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow