STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
IKOMPLU L-ISPEZZJONIJIET GĦALL-GĦARRIEDA FIL-FAĊILITÀ KORRETIVA TA’ KORDIN
Ftit ħin ilu , instabu ħames qratas b’sustanza suspettuża f’waħda miċ-ċellel fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin. Din is-sejba rriżultat wara spezzjoni oħra għall-għarrieda mill-istaff tal-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin flimkien mal-klieb li jintużaw għax-xamm ta’ sustanzi suspettużi.
Dawn l-ispezzjonijiet intensifikaw ruħhom wara li l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Manuel Mallia ta struzzjonijiet biex b’kull mezz possibli tiġi eliminata d-droga mill-Faċiltà Korretiva.
Is-sustanza li nstabat għadha qed tiġi analizzata mill-Pulizija. Bħalissa għadhom għaddejjin tfittxijiet f’diversi ċellel. F’kaz ta’ aktar sejbiet, tingħata aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038