Left arrow Go Back

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI

pr2596
Date Icon 21/11/2013

IKOMPLU L-ISPEZZJONIJIET GĦALL-GĦARRIEDA FIL-FAĊILITÀ KORRETIVA TA’ KORDIN

Ftit ħin ilu , instabu ħames qratas b’sustanza suspettuża f’waħda miċ-ċellel fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin.  Din is-sejba rriżultat wara  spezzjoni oħra għall-għarrieda mill-istaff tal-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin flimkien mal-klieb li jintużaw għax-xamm ta’ sustanzi suspettużi.

Dawn l-ispezzjonijiet intensifikaw ruħhom wara li l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Manuel Mallia ta struzzjonijiet biex b’kull mezz possibli tiġi eliminata d-droga mill-Faċiltà Korretiva.

Is-sustanza li nstabat għadha qed tiġi analizzata mill-Pulizija. Bħalissa għadhom għaddejjin tfittxijiet  f’diversi ċellel. F’kaz ta’ aktar sejbiet, tingħata aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

More Press Releases Right arrow