IL-GVERN MA JARAX BISS ISTITUZZJONI IMMA PERSUNI
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi qal li l-Gvern ma jarax biss istituzzjoni, iżda persuni b’kontribuzzjoni għall-pajjiż u huwa għalhekk li d-dmir tal-Gvern mhuwiex biss li jwassalhom sal-bieb tal-Kulleġġ, iżda li jibqa’ jħarishom u jappoġġjahom.
Il-Ministru Joe Mizzi qal dan meta fuq stedina tal-istudenti, żar il-Kulleġġ MCAST għat-tnedija ta’ organizzazzjoni ġdida tal-istudenti tal-inġinerija, MESO, fejn ġie mdawwar ukoll fuq diversi proġetti tal-inġinerija li l-istudenti ħadmu fuqhom.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal li s-suċċess ta’ kull organizzazzjoni tiddependi mhux biss fuq il-viżjoni li wieħed seta’ kellu biex wellidha, iżda wkoll fuq kunċetti fundamentali u moderni li jsarrfu fil-ħajja tal-lum.
Qal li l-isfidi li għandha quddiemha kull organizzazzjoni llum mhumiex żgħar.
“Aħna nemmnu li s-suċċess ma jiġix f’darba imma hemm taraġ li wieħed għandu jitla’, u għalhekk se jkompli l-impenn tagħna sabiex nassiguraw tagħlim tul il-ħajja, żied jgħid.
Huwa semma wkoll li l-iżvilupp fit-teknoloġija qed ikun tant mgħaġġel, li dak li hawn illum ma jfissirx li se jservi sa għada. Barra minn hekk l-edukazzjoni u t-tagħlim ma jagħrafx età, u ħajjitna hija storja waħda ta’ tagħlim kontinwu u esperjenzi.
Il-Ministru qal li kif sar jaf li se titwaqqaf il-MESO, apprezza ħafna dan il-pass, għaliex ra li l-istudenti infushom indunaw fl-importanza tagħha. Qal li MESO se tipprovdi l-pedament bl-għan nobbli li jirrifletti filosofija li għandna bżonn, jiġifieri li fl-għaqda hemm is-saħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038en
FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE
PR262038