Left arrow Mur Lura

IMPENN SERJU MILL-GVERN LEJN AGRIKULTURA U SAJD AKTAR SOSTENNIBLI PERMEZZ TA’ RIFORMI

pr2587
Date Icon 20/11/2013

L-agrikultura kienet waħda mit-temi ewlenin li tkellem dwarha is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-Dog Park ta’ Ta’ Qali.

Filwaqt illi ħabbar l-estensjoni ta’ dan l-istess park, li żdiedet bid-doppju, l-Onor Galdes qal li l-Gvern jinsab impenjat biex jgħin bil-qata’ lis-settur agrikolu u dak tas-sajd. Dan ser isir fosthom billi qed issir ħidma estensiva fir-riforma tal-Pitkalija, Galdes qal li tul dawn l-aħħar snin taħt Gvern Nazzjonalista, il-Pitkalija tħalliet għall-abbandun u ma ttieħdet l-ebda inizjattiva biex isir investiment fiha dan minkejja d-diversi rapporti li saru biex titwettaq riforma fil-pitkalija. Ħabbar ukoll li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jkun qed joħroġ espressjoni ta’ interess dwar ir-riforma fil-Pitkalija. Żied jgħid li tul dawn ix-xhur saru taħdidiet mal-Unjoni Ewropea u żdied il-Baġit allokat għal Malta għall-agrikultura fil-Pjan għall-Iżvilupp Rurali bi 38 miljun. Għalhekk għal dawn is-seba’ snin li ġejjin l-UE se talloka 138 miljun Ewro għall-agrikultura.

Fakkar ukoll li fl-2006, fis-settur tal-baqar tal-ħalib ir-raħħala kienu kostretti jagħmlu xogħlijiet fl-irziezet tagħhom fosthom bini ta’ tined biex ikunu konformi mal-istandards Ewropej u minkejja li r-raħħala għamlu dawn ix-xogħlijiet u b’sagrfiċċju finanzjarju kbir, ma ngħatawx l-għajnuna finanzjarja mwiegħda. Din il-wegħda reġgħet saret qabel l-elezzjoni tal-2008 u minkejja dan sa Frar 2013 ir-raħħala ma ngħataw xejn u kellhom iħallsu eluf kbar ta’ ewro f’interessi bankarji fuq is-self li kienu għamlu. Ġimgħat qabel l-aħħar elezzjoni reġgħu ġew imwegħda li se jingħataw dawn il-flus li jlaħqu madwar 2.6 miljun Ewro u wegħduhom li dawn il-flus se joħduhom mis-sena d-dieħla fi tliet pagamenti fit-tliet snin li ġejjin. Dan il-Gvern minkejja li ma kien hemm l-ebda provvista finanzjarja għal dan il-għan, ser jonora dan il-ftehim u fis-sena li ġejja se jkun qed jagħtihom l-ewwel pagament.

L-Onor Galdes għamel referenza dwar il-Biċċerija, post ieħor li jinsab f’abbandun totali. F’dan il-Baġit ġew allokati 800,000 Ewro biex jibda’ jsir investiment fi ħdan il-Biċċerija.

Insista li l-investiment kollu ser ikun qed jgħin biex titjieb il-kwalità tal-prodott agrikolu Malti kollu u dan se jsir permezz ta’ marka ta’ kwalità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

Aktar Stqarrijiet Right arrow